HOME IL-FEsta Guest book FORUM ABOUT US

General Information

News and Events

Places of Interest
History and Culture
Tourist Information
Local Council
Ghajnsielem FC
Parish Section
M.U.S.E.U.M
St Joseph Band Club
Features
Education
L-Ghaqda ta' l-Armar
Twinning
Villagers Feedback
Online Tour
Media Gallery

PRESS CTRL + D TO BOOKMARK THIS SITE

 



 

 

 

 

 




Back

 

Archaeological site attacked by vandals


Thursday, 23rd October 2003
 

The Ghajnsielem Local Council deplored the vandal attack on an archaeological site known in maltese as 'Ta’ l-Imrejzbiet'. The council is urging all those who have any important information about the attack to call at the council’s office.
 

PRESS RELEASE
(in Maltese)

Il-Kunsill Lokali Ghajnsielem jixtieq jikkundanna l-att vandalu li sar dan l-ahhar fuq is-sit tat-tempju preistoriku ta’ l-Imrejzbiet, limiti ta’ Ghajnsielem. Persuna jew persuni mhux maghrifa ikkagunaw hsara kbira lil dan is-sit bit-tfiegh ta’ zejt mahruq fuq uhud mill-gebel kbir ta’ dan it-tempju.

Att ta’ din ix-xorta, kemm jekk maghmul b’rieda intenzjonali, kemm jekk le, juri n-nuqqas kbir ta’ gharfien min-naha tal-pubbliku ghas-siwi ta’ post ta’ valur arkeologiku bhal dan. Il-Kunsill Lokali jappella lill-awtoritajiet koncernati sabiex jinvestigaw il-kaz u jiehdu l-passi kollha kontemplati mil-ligi kontra min abbuzivament wettaq dan ir-reat irresponsbbli.

Ta’ min ifakkar li kien il-Kunsill Lokali Ghajnsielem li, b’mozzjoni mressqa mis-Sindku Francis Cauchi u approvata unanimament, zvela l-valur arkeologiku ta’ dan il-post, flimkien ma’ dak tal-Qieghan li jinsab fil-vicinanza tieghu, billi irrakkomandahom lill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, kif kienet maghrufa fl-imghoddi, li taghraf is-siwi ta’ dawn is-siti u taghtihom l-importanza li jisthoqqilhom. Fil-fatt l-Awtorita’ kienet inkludiet dawn il-fdalijiet arkeologici fil-lista ta’ Proprjeta’ Skedata, iddikjarati bhala Klassi A.

F’Mejju 1998 il-Kunsill Lokali Ghajnsielem kien anke approva rizoluzzjoni li titlob lill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali sabiex, wara li tkun saret talba ghall-esproprijazzjoni ta’ l-art, jawtorizza ezercizzju ta’ skavar f’dan il-post, taht is-supervizjoni tad-Dipartiment tal-Muzew. F’Dicembru ta’ l-istess sena il-Kunsill Lokali kien anke innomina dawn is-siti ghall-partecipazzjoni fil-kampanja “Ghaxar Monumenti L-Aktar fil-Periklu f’Malta” imnedija mill-Kunsill Internazzjonali fuq Monumenti u Siti.

Il-Kunsill Lokali Ghajnsielem jemmen li kemm s-sit ta’ l-Imrejzbiet kif ukoll dak tal-Qieghan huma fost it-tezori arkeologici imprezzabbli ta’ pajjizna li kemm-il darba jintefa’ fuqhom l-gharfien kollu li jisthoqqilhom, ikunu tabilhaqq attrazzjoni turistika ohra kbira ghal pajjizna.

 


 

 

 

 




Back

 


Best viewed with Microsoft Internet Explorer 5+

(c)  Ghajnsielem Online. All rights Reserved.