|
Il-Ħadd 16 ta’ Marzu - ĦADD IL-PALM |
9.30am
Ninġabru fil-Knisja l-Qadima. Inħeġġu lit-tfal
jilbsu ta’ tfal Lhud. Nitilqu purċissjoni bil-palm
u ż-żebbuġ għall-Knisja Arċipretali.
10.00am. Konċelebrazzjoni ta’
ĦADD IL-PALM. Matul din il-quddiesa jkunu
ppreżentati lill-parroċċa dawk it-tfal u l-istudenti
li din is-sena ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina u
l-Griżma ta’ l-Isqof. Inħeġġu lil dawn it-tfal u
l-istudenti biex jattendu flimkien mal-ġenituri
tagħhom. Il-Kor Lauretana janima l-Ewkaristija.
5.00pm ninġabru lkoll
fil-Misraħ tal-Knisja għal Via Sagra Ħajja.
Nerġgħu ngħixu l-mumenti ta’ l-akbar imħabba,
nimmeditaw u nitolbu. Il-Via Sagra Ħajja ser
issir kemm fuq iz-zuntier kif ukoll fil-knisja.
6.30pm Via Sagra Djoċesana
mmexxija mill-ET Monsinjur Mario Grech Isqof ta’
Għawdex f’Ta’ Pinu. Tixxandar dirett fuq Radju
Lauretana. |
|
|
|
It-Tnejn 17 ta’ Marzu |
4.30pm
Ċelebrazzjoni Penitenzjali għat-tfal ta’ l-Ewwel
Tqarbina fejn jiġi amministrat is-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni.
Din issir fil-Knisja ta’ Sant’ Antnin. Mistiedna
wkoll il-ġenituri tagħhom.
6.30pm Laqgħa qasira
għall-Kunsill Parrokkjali, animaturi u letturi
fil-Knisja Arċipretali. Il-laqgħa tinkludi
mument ta’ talb. |
|
|
|
It-Tlieta 18 ta’
Marzu - Jum Ir-RikonĊiljazzjoni |
Illum tkun l-aħħar
ġurnata ta’ Adorazzjoni fil-Knisja l-Qadima.
6.30pm Servizz Penitenzjali ta’
qrar fil-Knisja Arċipretali. |
|
|
|
L-ErbgĦa
19 ta’ Marzu |
5.00pm
Qrar fil-Knisja Arċipretali.
7.00pm Programm ta’ Marċi
Funebri mill-Banda tagħna San Ġużepp fil-Knisja
l-Qadima. Il-mużika tkun ikkumplimentata minn
riflessjonijiet spiritwali. |
|
|
|
Il-Ħamis 20 ta’ Marzu - ĦAMIS IX-XIRKA |
9.00am
l-Isqof Mario Grech imexxi l-quddiesa
fil-Katidral ta’ Għawdex fejn isir it-tberik
taż-żjut imqaddsa. Tixxandar dirett fuq Radju
Lauretana.
5.00pm Qrar fil-Knisja
Arċipretali.
5.30pm Reċita tal-Via Sagra
fil-Knisja Arċipretali.
6.00pm TIFKIRA SOLENNI TA’ L-IKLA TAL-MULEJ
Konċelebrazzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka. Din is-sena
l-appostli jkunu fratelli miż-żewġ fratellanzi
tas-Sagrament u tar-Rużarju.
8.00pm Fjakkolata fil-Misraħ
tal-Knisja u wara ftuħ tal-Mejda tal-Appostli
fid-Dar Parrokkjali.
8.30pm Viżti tas-Seba’ Knejjes
fil-Knisja Arċipretali għal kulħadd.
9.30pm Viżti għall-istudenti
mill-Form 2 sal-Form 5 f’diversi knejjes ta’
Għawdex. 11.30pm Adorazzjoni quddiem l-Altar
tar-Ripożizzjoni. |
|
|
|
Il-ĠimgĦa 21 ta’ Marzu. IL-ĠIMGĦA L-KBIRA |
Illum hemm l-obbligu
tas-sawm u astinenza.
8.00am Niltaqgħu fil-Knisja
Arċipretali għat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Nitolbu
s-Salmi quddiem Ġesu’ Ewkaristija.
9.30am Iż-żgħażagħ tagħna
jiltaqgħu ħdejn il-Knisja biex imorru jagħmlu
l-Via Sagra fuq l-għolja ta’ Għammar.
Mill-10.00am sa 12.00pm Servizz
ta’ qrar fil-Knisja Arċipretali.
3.00pm TIFKIRA SOLENNI TAL-PASSJONI TAL-MULEJ
Ninġabru fil-knisja fis-skiet ħalli nimmeditaw
l-aħħar waqtiet ta’ Gesu’ Kristu fuq din l-art.
Liturġija tal-Kelma, Adorazzjoni tas-Salib u
Tqarbin. |
|
|
|
Is-Sibt 22 ta’ Marzu - SIBT IL-GĦID |
8.00am
Niltaqgħu fil-Knisja Arċipretali għat-Tifħir ta’
Sbiħ il-Jum. Nitolbu s-Salmi quddiem Ġesu’
Ewkaristija.
8.30pm VELJA SOLENNI TAL-GĦID - Il-Festa
tal-Festi kollha. Ninġabru lkoll
fil-Knisja Arċipretali għal Velja l-Kbira ta’ l-Għid
il-Kbir. Inħeġġu lil kulħadd biex nattendu
għall-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din
il-ġimgħa. Wara l-velja, it-tfal kollha preżenti
jingħataw figolla mill-Arċipriet. Il-figolli
jingħataw biss nhar Sibt il-Għid bil-lejl. Wara,
agape fiċ-Ċentru Parrokkjali. Kull min jixtieq,
jista’ jġib miegħu xi ikel u xorb. |
|
|
|
Il-Ħadd 23 ta’ Marzu - L-GĦID IL-KBIR TAL-QAWMIEN
TAL-MULEJ |
Sollennita’
tal-Qawmien mill-Imwiet ta’ Sidna Ġesu’ Kristu
10.00am Konċelebrazzjoni
Solenni ta’ l-Għid il-Kbir |
|
|
|
It-Tlieta 25 ta’
Marzu |
Jibda t-tberik
tal-familji tagħna skond il-programm
|