Attivitajiet Gimgħa Mqaddsa
2009

 

L-Erbgħa 1 t’ April

7.00pm Riflessjoni spiritwali qasira minn Fr. Joe Cardona fis-Sala tal-Kunċerti fil-Każin tal-Banda San Ġużepp. Kulħadd mistieden.

Il-Ġimgħa 3 ta’ April: JUM ID-DULURI

6.00pm Nimxu wara Ommna Marija Addolorata. Ikollna quddiesa sew qabel kif ukoll wara l-purċissjoni. Tieħu sehem il-Banda San Ġużepp.

 
Il-Ħadd 5 ta' April - ĦADD IL-PALM

9.45am Ninġabru fil-Knisja l-Qadima. Inħeġġu lit-tfal jilbsu ta’ tfal Lhud. Nitilqu purċissjoni bil-palm u ż-żebbuġ għall-Knisja Arċipretali.

10.00am. Konċelebrazzjoni ta’ ĦADD IL-PALM. Matul din il-quddiesa jkunu ppreżentati lill-parroċċa dawk it-tfal u l-istudenti li din is-sena ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma ta’ l-Isqof. Inħeġġu lil dawn it-tfal u l-istudenti biex jattendu flimkien mal-ġenituri tagħhom. Il-Kor Lauretana janima l-Ewkaristija.

11.00am. Ftuħ tal-Wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Kazin tal-Banda San Ġużepp. Din ser tibqa miftuħa kuljum sa Sibt il-Għid

5.00pm ninġabru lkoll fil-Pjazza għal Via Sagra Ħajja. Nerġgħu ngħixu l-mumenti ta’ l-akbar imħabba, nimmeditaw u nitolbu.

6.30pm Via Sagra Djoċesana mmexxija mill-ET Monsinjur Mario Grech Isqof ta’ Għawdex f’Ta’ Pinu. Tixxandar dirett fuq Radju Lauretana.

 
L-Erbgħa 8 t’ April
7.15pm Kunċert ta’ Mużika Sagra mill-Banda San Ġużepp fil-Knisja ta’ Sant’ Antnin. Il-mużika tkun ikkumplimentata minn riflessjonijiet spiritwali. Kulħadd mistieden.
 
Il-Ħamis 9 t’ April - ĦAMIS IX-XIRKA

9.00am l-Isqof Mario Grech imexxi l-quddiesa fil-Katidral ta’ Għawdex fejn isir it-tberik taż-żjut imqaddsa. Tixxandar dirett fuq Radju Lauretana.

6.00pm Konċelebrazzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka. Wara jsiru il-viżti tas-Seba’ Knejjes fil-Knisja Arċipretali għal kulħadd.

 
Il-Ġimgħa 10 t’ April - IL-ĠIMGĦA L-KBIRA
Illum hemm l-obbligu tas-sawm u astinenza.

3.00pm TIFKIRA SOLENNI TAL-PASSJONI TAL-MULEJ Ninġabru fil-knisja fis-skiet ħalli nimmeditaw l-aħħar waqtiet ta’ Gesu’ Kristu fuq din l-art. Liturġija tal-Kelma, Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin.
 
Is-Sibt 11 t’ April - SIBT IL-GĦID

8.30pm VELJA SOLENNI TAL-GĦID - Il-Festa tal-Festi kollha. Ninġabru lkoll fil-Knisja Arċipretali għal Velja l-Kbira ta’ l-Għid il-Kbir. Inħeġġu lil kulħadd biex nattendu għall-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din il-ġimgħa. Wara l-velja, it-tfal kollha preżenti jingħataw figolla mill-Arċipriet.

 
Il-Ħadd 12 t’ April  - L-GĦID IL-KBIR TAL-QAWMIEN TAL-MULEJ
Sollennita’ tal-Qawmien mill-Imwiet ta’ Sidna Ġesu’ Kristu

10.00am Konċelebrazzjoni Solenni ta’ l-Għid il-Kbir