|
Is-Sibt, 9 t’April |
|
8.00pm
Bin il-Bniedem - dramm tal-passjoni mtella'
mill-Għaqda Drammatika Għajnsielem fi Pjazza
Indipendenza.
|
It-Tnejn, 11 t’April |
|
8.15pm
Riflessjoni spiritwali qasira minn Fr. Joe
Cardona fil-Każin tal-Banda San Ġużepp.
Kulħadd mistieden. |
|
|
|
Il-Ġimgħa 15 t'April: JUM ID-DULURI |
|
6.00pm
Nimxu wara Ommna Marija Addolorata.
Ikollna quddiesa sew qabel kif ukoll
wara l-purċissjoni. Tieħu sehem il-Banda San Ġużepp. |
| |
|
|
Il-Ħadd 17 t'April - ĦADD IL-PALM |
|
9.30am
Niltaqgħu llkoll fuq iz-zuntier tal-Knisja l-Qadima
minn fejn tibda l-funzjoni. Imbagħad nimxu
għall-Knisja Arċipretali fejn ikollna l-Konċelebrazzjoni.
Fil-quddiesa jiġu ppreżentati lill-Komunita’
Parrokkjali t-tfal li din is-sena ser jirċievu
l-Ewwel Tqarbina u l-adoloxxenti li ser jirċievu
l-Griżma tal-Isqof.
11.00pm
Ftuħ tal-Wirja tal-Gimgħa
Imqaddsa fil-Kazin tal-Banda
San Ġużepp. Tibqa miftuħa sa l-Għid
il-Kbir. |
|
|
|
It-Tnejn, 18 t’April |
|
6.00pm -
Via Sagra fil-Misrah tal-Knisja. Ninġabru lkoll
fil-Pjazza tad-Dehra u minn hemm nimxu flimkien
it-triq tas-salib. Ikollna kummentarju.
8.15pm
Qrar mmexxi minn Fr. Joe
Cardona fil-Każin tal-Banda San Ġużepp.
|
|
L-Erbgħa
20 t'April |
|
7.15pm
Kunċert ta’ Mużika Sagra mill-Banda San Ġużepp
fil-Knisja ta' Sant' Antnin tal-Komunita
Frangiskana. Il-mużika tkun ikkumplimentata minn
riflessjonijiet spiritwali. Kulħadd mistieden. |
|
|
|
Il-Ħamis 21 t’ April - ĦAMIS IX-XIRKA |
|
9.00am
l-Isqof Mario Grech imexxi l-quddiesa
fil-Katidral ta’ Għawdex fejn isir it-tberik
taż-żjut imqaddsa. Tixxandar dirett fuq Radju
Lauretana.
6.00pm
Konċelebrazzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka.
Wara jsiru il-viżti tas-Seba’ Knejjes
fil-Knisja Arċipretali għal kulħadd.
8.00pm Is-Seba’ Viżti għal kulħadd
/ 9.30pm Is-Seba’ Viżti
għaż-żgħażagħ |
|
|
|
Il-Ġimgħa 22 t’ April - IL-ĠIMGĦA L-KBIRA |
|
Illum hemm l-obbligu
tas-sawm u astinenza.
8.15am
Fr Joe Cardona ser imexxi Via Sagra fuq l-Għolja
ta’ Għammar. Tluq minn ħdejn il-Każin tal-Banda
3.00pm TIFKIRA SOLENNI TAL-PASSJONI TAL-MULEJ
Ninġabru fil-knisja fis-skiet ħalli nimmeditaw
l-aħħar waqtiet ta’ Gesu’ Kristu fuq din l-art.
Liturġija tal-Kelma, Adorazzjoni tas-Salib u
Tqarbin. |
|
|
|
Is-Sibt 23 t’ April - SIBT IL-GĦID |
|
8.30pm VELJA SOLENNI TAL-GĦID - Il-Festa
tal-Festi kollha. Ninġabru lkoll
fil-Knisja Arċipretali għal Velja l-Kbira ta’ l-Għid
il-Kbir. Inħeġġu lil kulħadd biex nattendu
għall-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din
il-ġimgħa. Wara l-velja, it-tfal kollha preżenti
jingħataw figolla mill-Arċipriet. |
|
|
|
Il-Ħadd 24 t’ April - L-GĦID IL-KBIR TAL-QAWMIEN
TAL-MULEJ |
Sollennita’
tal-Qawmien mill-Imwiet ta’ Sidna Ġesu’ Kristu
10.00am Konċelebrazzjoni
Solenni ta’ l-Għid il-Kbir |