|
Back
Transfer
Station to be held in Xewkija
Friday,
1st November 2002
(english
text coming soon)
Nhar it tnejn
3 ta’Novembru sar 2002 saret prezentazzjoni u diskussjoni
dwar it-twaqqif ta Waste Transfer Station, il-post fejn ser
jingabar l-iswkart li jkun iggenerat f’Ghawdex qabel ma
jintbghat Malta f’containers issiggillati.
Il-prezentazzjoni
saret mill-Inginier Chris Ciantar minn Progett skart filwaqt
il-Ministru ghar Rizorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit
Dimech u l-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono tkellmu dwar
il-progett. Is-Sindku Francis Cauchi ukoll ghamel il-kummenti
tieghu f’isem ir-residenti ta’Ghajnsielem.
Ghal din
il-laghqa attendew numru sabih ta’ nies mil-lokalita
ta’Ghajnsielem immexxija mil-Kunsill Lokali. Il-laghqa saret
fil-Grand Hotel u bdiet fis6.00 PM.
Fid-diskors
taghha il-Ministru Giovanna Debono qalet li l-mizbla
tal-Qortin tax-Xaghra kienet ser tinghalaq sa l-ahhar tas-sena
2004. Hi fissret x’inhu dan il-kuncett gdid li bhalu
f’Malta qatt ma kien hawn., u li allura kien gustifikat li
r-residenti ta’ Ghajnsielem ikollhom id-dubbji. Wara li
rringrazzjat lill-poplu ta’ Ghajnsielem li kien qed jiehu
dan l-interess f’dan il-progett u stednitu biex ikompli
jghin fis-soluzzjoni ta din il-problema. Fid-diskors ta’ l-gheluq
taghha hi qalet li l-lokalita Tal-Brieghen il-post f
‘Ghajnsielem fejn il-Kunsill kien qed joggezzjona mhix ser
tkun ikkunsidrata izjed u li ser isir Enviroment Impact
Assessment fuq sit maghruf bhala Tal-Kus fil-limiti
tax-Xewkija. Dan il-post fil-prezent hi barriera mitluqa fejn
anke kien qed jintrema kull tip ta’ skart go fija.
Il-Ministru
Francis Zammit Dimech spjega ghaliex se jitwaqqaf il-Waste
Transfer Stationu ta’rendikont tal-process ta’ kif l-iskart
jitwassal min wara bieb il-mara tad-dar sat-Transfer Station u
l-landfill f’Malta. Hu
zied jghid li l-iskart mill-industrija tal-bini se jintuza
biex jintlew il-barrieri li se jkunu riabilitati biex
jinghataw uzu. Hu spjega ukoll kif materjal bhal karta, landa
u hgieg se jkun riciklati filwaqt li skart domestiku se
jinhadem f’kompost fl-Impjant ta’ Sant Antnin f’Malta u
il-parti zghira ta’ l-iskart iggenerat li jibqa se jmur
f’engineered landfill. Il-Ministru Zammit Dimech ikonferma
li kienet qed tkun ikkunsidrata l-lokalita tal-Kus ghaliex
kienet l-ahjar ghazla fejn din il-barriera kella diversi
dislivelli u ghalhekk ma kienet tidher minn imkien. Il-Ministru
stieden lill-Kunsilli Lokali ta’Ghajnsielem u x-Xewkija biex
jaghzlu delegazzjoni li tkun lesta issiefer biex tara
b’ghajnejja kif titmexxa Waste Transfer Station.
Tkellem ukoll
l-Inginier Chris Ciantar li ta’spjegazzjoni bi slides ta’
kif tkun Transfer Station fejn anke spjega li din ma tkunx ta
inkonvenzjoni ghan-nies Hu qal li-l-process kollu ikun ta’
indafa kontinwa fejn anke l-istess haddiema li jahdmu fiha, ma
hemmx bzonn li juzaw xi tip ta’ maskli ghall-irwejjah.
Is-Sindku
Francis Cauchi spjega li kemm il-Kunsill Lokali kif ukoll
il-poplu ta’Ghajnsielem ma kienux kontra dan it-tip ta’
progett u kienu jaqblu mieghu fil-principju. Il-kunsill Lokali
kien kontra biss is-sit ta’fejn kien gie allokat fuq
id-draft li hareg mill-Malta Enviroment and Planning Authority
tal-Pjan Lokali ghal-Ghawdex u Kemmuna ghal dawn l-ghaxar snin
li gejjin Hu semma kif kien ser jintlaqat il-poplu u l-ambjent
kieku kellu jsir f’tal-Brieghen. Hu qal li l-izvantaggi li
jsir hemmhekk kienu diversi. Barra li kien ser ikun il-boghod
madwar 400 metru biss mir-residenti ta’ Triq l-Mgarr u Triq
Cordina u 200 metru mic-Cimiterju tal-lokal, il-post, maghruf
minn dejjem bhala raba saqwi u wiehed mill-ahjar raba
li jinhadem f’Ghawdex kien
ser jinqered darba ghal dejjem. Nistghu nghidu li l-ammont
ta’prodott agrikolu li johrog ghal pitkaliji ta’Malta u
Ghawdex min dawn l-inhawi huwa fost l-akbar li johrog mill-gzira
Ghawdxija. Hu qal ukoll illi kien hemm anke ammont
konsiderevoli ta’Greenhouses u li kien ukoll ser jintlaqtu
minn dan il-progett. Hu fakkar li taht dan il-post kien sar
studju fejn instab li kien hemm ammont kbir ta ilma fejn
il-bdiewa ta’ dawn l-inhawi kienu qed isaqqu minnu. Bil
progett tal-Waste Transfer Station fuq dan il-post kien hemm
cans li l-water table ta’ din ir-riserva ta’ilma kienet
ser tigi ikkontaminata. Hu spjega illi l-access ta’ toroq ma
kienx tajjeb ghax it toroq li jiehdu ghalija kienu dojoq hafna
u b’hekk ikunu ta’ periklu ghan nies li juzaw dawn l-inhawi bhal walking
route ma tul il-gurnata kif ukoll bil-lejl. Dan minhabba l-fatt
li t-traffiku kien ser jizdied b-vetturi kbar bhal scammels u
containers. Fatt iehor negattiv kien l-arja imniggsa minn xi
irwejjah li jistghu johorgu mill-Impjant, trabijiet
tal-vetturi, grieden u tingis iehor li ma jidhirx.
Is-Sindku
irringrazzja f-isem shabu l-Kunsilliera, lill-Ministri
Giovanna Debono u Francis Zammit Dimech ta’ l-interess li
hadu biex dan l-impjant fi zmien sentejn ikun jista jibda
jahdem, kif ukoll ghax-xoghol kbir li wettqu biex jintaghzel
il-post idejali bl-anqas hsara possibli lic-cittadini kolla
specjalment dawk tax-Xewkija kif ukoll ta’Ghajnsielem.
Irringrazzja wkoll lill-dawk kolla minn Ghajnsielem
tal-partecipazzjoni qawwija taghhom ghal-din il-laghqa kif
ukoll lill-poplu kollu ta’ Ghajnsielem ghal kolloborazzjoni
u ghaqda li wera mal-Kunaill Lokali rigward dan il-progett. Hu
ghamel appell lill-Gvern Centrali biex din ir-raba tibqa
salvagwardjata bhala raba agrikola u anke jinghta xi tip ta’
beneficcju mill-Komunita Ewropea lill-bdiewa biex b’hekk
jibqa jitkabbar bi kwalita il-prodott agrikolu f’din
il-lokalita.
Back
|