|
Toni, kif hekk dejjem
konna sa minn tfulitu nsibuh u mlaqqam tal-Kule’ jew
ahjar tas- sagristan, kien iben Frangisk Agius u Angla
nee’ Mejlak.
Frangisk Agius, sagristan, kien missier ta’ familja
kbira u Toni kien it-tieni wiehed fost l-ahwa subien.
Toni fi tfuitu ma tantx ghex hajja komda. Minkejja li
missieru kien ragel nadif u biezel bil-hlas ta’ dak iz
zmien ta’ sagristan u bid-daqq ta’ l-orgni biss u
b’familja hekk numeruza, nistghu nissupponu kif kienu
jghixu, minkejja li l-hajja kienet irhisa.
Bhal tant familji ohra
l-familja Agius kienet familja ezemplari u fl-istess hin
hawtiela. Frangisk missieru barra x-xoghol ta’ sagristan
kien isewwi xi siggu, idawwar xi inkwadru. Uliedu bniet
kont tarahom jahdmu l-ganc. Karmelo, ibnu l-kbir li llum
jinsab fl-Awstralja rnexxielu jilhaq ghalliem u Toni sa
minn ckunitu kien hawtiel u konna narawh daqqa jahdem ta’
barbier ma’ Mabbli Cauchi, daqqa ma’ ta’ Caruana fix-Xatt
isewwi xi dghajsa, ecc. |
 |
Kif naraw mill-mudelli
tal-knejjes li Toni ghamel, mahduma hekk precizi bl-injam u mhux
issigati tat-triplajn u mfassla fuq tant ritratti li kien izomm
hdejh u b-ghodda fini, li xi drabi kien johloq hu stess, qanqal
l ammirazzjoni anke ta’ l-ex President, il-Professur Gwido
Demarco u ta’ tant ohrajn. L-istess dehra li ta quddien
il-Kumpless tal-Kazin tal-Banda ‘San Guzepp’ tixhed l-intellegenza
tieghu. Kien bniedem li, li jara b’ghajnejh kien zgur kapaci
jaghmlu b’idejh.

Xi xhur qabel halliena ghal ghand il-Mulej kont
ga ifformulajtlu lista ta’ mistoqsijiet ghall-intervista izda ma
lahaqx wegibhom ghax mbaghad gi mahkum minn marda terminali li
hu accetta bl-ikbar rassenjazzjoni u tar ghal ghand il-Mulej.
Billi ta’ spiss kont immur narah jahdem fil-garaxx tieghu u kont
nara tant oggetti mahduma minnu u tant certifikati mwahhla mal-hitan,
dejjem bqajt kurjuz dawk it-tant certifikati x’kienu jfissru
izda kif ga semmejt iktar ‘l fuq ma kienx irnexxili.
B’xorti tajba, Fr. Joe Cardona gabli faxxikklu minn Nadur
tal-fuljett ‘Il-Luminarja’ fejn sibt intervista qasira li kien
ghamel lis-Sur A.Agius il-Kan. Guzeppi Cauchi u sibt minnha din
it-twegiba li kien tah Toni : ‘Meta kont l-Amerika jiena kont
impjegat mal-‘Board of Education City of New Year’ ghal sittax
il-sena shah. Kont ukoll fil-‘N.Y, Custodian Engineer’ u
attendejt ukoll skejjel ta’ engineering. Sakemm hdimt l-ewwel
mudell, jigifieri dak tal-knisja ta’ Ghajnsielem, (Kompla Toni)
hadt certa esperjenza. Kif taf inti, meta gejt id-dar tieghi,
rajt diversi oggetti mahdumin minni, dawn kollha ghenuni biex
nidhol ghal din il-bicca xoghol, li kient irnexxieltli hafna.’
Anton Agius dahal ghal diversi wirjiet u rebah diversi trofej.
Hu ghamel ukoll xbieha ta’ l-inkwadru tal-Madonna ta’ Pinu
mahdum bl-angli b’kollox minn xi kompozizzjoni li vvinta hu
stess, li ghadha tidher gol-hgieg fil-faccata tad dar tieghu.
Jiena nhoss li bit-telfa tieghu Ghajnsielem tilef hafna u nahseb
li kieku kien ghad baqghalu iktar ghomor il-Kazin tal-Banda kien
jakkwista iktar minnu. Bhala membru ta’ l-Ghaqda Muzikali San
Guzepp ma nafx kemm kien ilu. Naf li bhala membru tal-Kumitat ta’
l-istess kazin ghamel xi sena fil-kariga ta’ kaxxier u kwazi
sena jew ftit izjed fil-kariga ta’ President.
L-ahhar tislima lilek ghaziz habib hi dik li kitbitlek Karmela
Attard minn Nadur fuq is-santa tat-tifkira ta’ mewtek li haditek
minn fostna fis-6 t’April 2005, fl-ghomor ta’ 72 sena.
Toni, hallejtna hekk malajr
Kont int ghadek attiv fostna
Il-Mulej ried issejjahlek
Ilqa’ din it-tislima taghna.
Martek Censa u tlett uliedek
Charlie mill-boghod fl-Awstralja
Frankie u john qeghdin l-Amerika
Ghal qalbedk kienet il-familja.
Sengha kellek tant sabiha
Tal-knejjes taghmel il-mudelli
Tan-Nadur, t’Ghajnsielem u Ta’ Pinu
B’ghozza fostna dawn ser thalli.
President kont int tal-Banda
Thobb hafna lil Ta’ Loretu
Nannu ta’ Zachary, Samuel, Matthew u Julia
Bil-qalb tislima lilek jaghtu.
Dun Karm Cassar
|