HOME FEAST SECTION Guest book CHAT ROOM ABOUT US

General Information

News and Events

Places of Interest
History and Culture
Biographies
Tourist Information
Local Council
Ghajnsielem FC
Parish Section
M.U.S.E.U.M
St Joseph Band Club
Features
Education
L-Ghaqda ta' l-Armar
Twinning
Villagers Feedback
360° Virtual Tours
Media Gallery

PRESS CTRL + D TO BOOKMARK THIS SITE

 

   

 

 
 


 

Mro. Anton Muscat Azzopardi
1903 - 1979
 

Is-Surmast Muscat Azzopardi twieled f’Ħal Qormi nhar it-23 t’Awwissu, 1903 u hu iben Wenzu Muscat Azzopardi u Emilja mwielda Sammut. Fi tfulitu ħakmitu marda li żammitu ġewwa għal erba’ snin, tant li keinet ukoll wasslitu f’xifer il-mewt. Intant, ta’ ħdax-il sena huwa kien diġa’ beda jitħarreġ fil-mużika fl-Istitut ta’ San Ġużepp tal-Ħamrun, taħt is-surmast Abela Scolaro.

Ta’ għoxrin sena s-surmast Muscat Azzopardi laħaq surmast direttur tal-banda ta’ l-Istitut ta’ San Ġużepp tal-Ħamrun. Fis-sena 1928, wara li ngħata bidu għat-twaqqif tal-banda San Ġużepp fi ħdan l-istitut ta’ San Ġuzepp f’Għajnsielem, is-surmast Anton Muscat Azzopardi, avviċinat minn Mons Ġużeppi De Piro, aċċetta sabiex jgħallem il-mużika lit-tfal ta’ l-Orfanatrofju f’Għawdex.

Barra li kien għalliem tal-mużika kien ukoll għalliem tal-vuċi.

Huwa għallem fl-iskola ta’ l-Imdina fik ukoll fil-Liċeo. Muscat Azzopardi, barra li kien ukoll surmast direttur ta’ diversi baned oħra Maltin, fosthom, il-banda Stella Maris ta’ tas-Sliema, li tagħha wkoll dan surmast direttur minn Marzu tas-sena 1938 sa’ l-1944. Kien ukoll surmast direttur tal-baned Queen’s Own ta’ l-Isla bejn l-1937 u l-1967, u l-banda San Ġorġ ta’ Ħal Qormi bejn l-1950 u l-1963, waqt li l-aktar żewġ baned li dam surmast direttur tagħhom kienu l-baned L’Isle Adam tar-Rabat (mill-1940 sa 1945 u mill-1950 sa l-1978), waqt li mal-banda Sant’ Indrija ta’ Ħal Luqa dam mill-1932 sa’ l-1978. Hu kellu sehem kbir fit-twaqqif tal-banda Mount Carmel. Dan is-surmast ikkompona wkoll diversi biċċiet mużikali li jinkludu mużika sagra, innijiet, marċi funebri, u brijurżi kif ukoll tipi oħra ta’ mużika, bħal: preghieri u barkaroli.

Hu miet nhar it-8 ta’ Diċembru, 1979 fil-kunvent tal-Patrijiet Franġiskani ta’ Sant’Antnin f’Għajnsielem, Għawdex. Il-funeral tiegħu sar l-għada u fil-korteo tiegħu għall-knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat, Malta. Ħadu sehem il-baned L’isle Adam tar-Rabat u Sant’Indrija ta’ Ħal Luqa.
.


 

Back

Best viewed with Microsoft Internet Explorer

(c) Ghajnsielem Online. All rights Reserved.