|
Is-surmast Ġanni Vella
twieled f’Birkirkara, Malta nhar l-20 ta’ Ġunju 1909,
bin Mikiel u Helen mwielda Pace. Huwa trabba u għex
fil-gżira Għawdxija. Ta’ eta żgħira tħarreġ fl-arti
mużikali u ta’ tnax-il sena ngħaqad bħala bandist mal-banda
‘La Stella’. Is-surmast Vella tħarreġ taħt Anton Mejlak,
Ġużeppi Attard, Ġużeppi Stivala, u Ġużeppi Ġiardini
Vella.
Bejn l-1951 u l-1956
Mro Ġanni Vella kien jokkupa l-kariga ta’ surmast
direttur tal-banda ‘La Stella’, waqt li wara l-ħatra ta’
ibnu il-Prof. Joseph Vella fl-1970 bħala surmast
direttur tal-banda ‘La Stella’, huwa baqa jservi l-banda
bħala assistant surmast direttur sas-sena 1981.
Barra l-banda ‘La
Stella’, dan is-surmast għandu konnesjoni kemm mal-banda
San Ġużepp kif ukoll mal-banda ‘Prekursur’ tax-Xewkija.
|
 |
Fil-fatt, wara li spiċċat it-tieni
gwerra dinjija huwa prova għal xi snin jerġa’ jqajjem fuq
saqajha lil banda ‘San Ġużepp’. Bħala vjolinista, Ġanni Vella
kien jieħu sehem mal-membri ta’ l-orkestra li kien jieħdu sehem
fil-festi t’Għawdex. Kien fis-sena 1932, li Ġanni Vella ingħaqad
bħala vjolinista mal-membri tal-mużika tal-Kappella
tal-Katridral f’Għawdex. Għall-aħħar tas-snin tletin fi ħdan l-Azzjoni
Kattolika fix-Xagħra Għawdex, Ġanni Vella kien waqaf orkestra
bl-isem ‘San Ġwann Bosco’ biex biha jieħu sehem fil-festi
ċċelebrati f’dan ir-raħal. Matul ħajtu Ġanni Vella ħarreġ għad
kbira ta’ żgħażagħ u tfajliet kemm fit-teorija kif ukoll
fil-prattika mużkali. Dan is-surmasta kkompona wkoll diversi
bċejjeċ mużikali, fosthom t-‘Tantum Ergo’, u Confitebor, kif
ukoll kien irregala l-innu tat-Tridu f’ġieħ l-Assunta li jġib l-isem
ta’ ‘O Prima Virgo Prodita’.
Mro. Ġanni Vella kien miżżewweġ lil Annunzjata mwielda Attard.
Miet nhar il-11 ta’ Novembru 1990 u fil-funeral tiegħu ħadet
sehem il-banda ‘La Stella’ billi daqqet marċi funebri.
|