HOME FEAST SECTION Guest book CHAT ROOM ABOUT US

General Information

News and Events

Places of Interest
History and Culture
Biographies
Tourist Information
Local Council
Ghajnsielem FC
Parish Section
M.U.S.E.U.M
St Joseph Band Club
Features
Education
L-Ghaqda ta' l-Armar
Twinning
Villagers Feedback
360° Virtual Tours
Media Gallery

PRESS CTRL + D TO BOOKMARK THIS SITE

 

   

 

 
 


 

Mro. Ġużeppi Farrugia
1936 - 1992
 

Is-Surmast Ġużeppi Farrugia twieled il-Belt Victoria, Għawdex, nhar is-16 ta’ Lulju, 1936, bin is-surmast Mikiel u Marija imwielda Vella. Ta’ seba’ snin beda jitħarreġ fl-arti mużikali taħt idejn missieru li kien surmast direttur ta-baned Victory tax-Xagħra u San Ġużepp t’Għajnsielem. Fil-vjolin tħarreġ taħt idejn zijuh, il-mejjet surmast Ġanni Vella. Ta’ għaxar snin is-surmast beda jdoqq it-tamborlin mal-banda ‘Victory’ tax-Xagħra, iżda aktar tard ingħaqad bħala bandist mal-banda Leone. Fis-sena 1966, is-surmast Ġużeppi Farrugia ġie avviċinat biex jagħmel rinnovazzjoni tal-banda ‘San Ġużepp’ ta’ Għajnsielem.

Mro. Ġużeppi Farrugia kien għadu surmast direttur ta’ din il-banda sa meta miet fl-1992. Banda oħra Għawdxija li s-surmast Farrugia kien surmast tagħha hi l-banda ‘Prekursur tax-Xewkija. Nistgħu ngħidu li kellu jkun is-surmast Farrugia li ntroduċa l-operetta fir-raħal tax-Xewkija. Is-surmast Farrugia kien ukoll Maestro di Cappella ta’ diversi knejjes u għalhekk kien jieħu sehem bil-mużika tiegħu f’diversi festi f’Għawdex.

Is-Surmast Ġużeppi Farrugia kien ukoll kompożitur. Bosta huma l-kompożizzjonijiet mużikali tiegħu li jinstabu fl-arkivji f’Għawdex. Huwa kkompona marċi kemm brijużi kif ukoll funebri. Ikkompona wkoll diversi innijiet fosthom, l-Innu tal-Banda San Ġużepp ta’ Għajnsielem, l-innu marċ ‘Lil San Ġwann Battista u oħrajn. Ikkompona wkoll Quddiesa li keinet ġiet esegwita fil-festi ċentenarji li saru fil-Paroċċa tal-Fontana fl-1975. Is-surmast Farrugia barra li kien impjegat mal-Gvern, kien ukoll dilettant ta’ l-iskultura u d-disinn u flimkien ma ħutu ħadem il-bradella tal-Madonna ta’ Loreto ta’ Għajnsielem.

Is-surmast Farrugia żżewweġ lil Ġiġa mwielda Hili fl-1967 u kellu tliet ulied. Fl-1984 tilef lil martu meta kellha 44 sena u fil-funeral tagħha għall-Katidral ta’ Għawdex, ħadu sehem l-baned ‘San Ġużepp’ ta’ Għajnsielem u ‘Prekursur’ tax-Xewkija. Huwa miet nhar it-3 ta’ Lulju 1992 u fil-funeral tiegħu tawh l-aħħar tislima għadd kbir ta’ nies minn Għawdex kollu u ta’ kull kategorija. Fis-sena 1996, il-Banda ‘San Ġużepp’ t’Għajnsielem kixfet bust tas-surmast Ġużeppi Farrugia fil-każin tagħha.


 

Back

Best viewed with Microsoft Internet Explorer

(c) Ghajnsielem Online. All rights Reserved.