HOME FEAST SECTION Guest book CHAT ROOM ABOUT US

General Information

News and Events

Places of Interest
History and Culture
Biographies
Tourist Information
Local Council
Ghajnsielem FC
Parish Section
M.U.S.E.U.M
St Joseph Band Club
Features
Education
L-Ghaqda ta' l-Armar
Twinning
Villagers Feedback
360° Virtual Tours
Media Gallery

PRESS CTRL + D TO BOOKMARK THIS SITE

 

   

 

 
 


 

Mro. Joseph N. Sammut
1941 -
 

Wieħed mid-diretturi li mexxew il-banda ‘San Ġużepp’ kien is-surmast Joseph Nazzarenu Sammut. Imwieled il-Mellieħa nhar it-18 ta’ Ġunju 1941, ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Gvern u wara kompli fil-kullegg ta’ De La Salle fil-Kottonera. Ta’ eta’ żgħira beda jitħarreġ fil-mużika mal-Għaqda Mużikali ‘La Vittoria’ tal-Mellieħa. Huwa kompla jitħarreġ fl-arti tal-mużika taħt diversi surmastrijiet fosthom; Mro V. Ciappara, Mro W. Worley, Mro Carmelo Pace u oħrajn. Bħala bandist Mro Sammut dam idoqq mal-banda ‘La Vittoria’ għal aktar minn 35 sena u għal bosta snin daqq ukoll mal-banda Naz. ‘La Valette’ tal-Belt Valletta. Wara t-twaqqif tal-banda tat-Tarzna f’nofs is-snin ħamsin tas-seklu l-ieħor, Mro Sammut insibuh mhux biss bħala bandist tagħha imma wkoll okkupa karigi kemm ta’ assistent surmast kemm dik ta’ surmast direttur.

Fil-1979 il-banda ‘La Vittoria’ ħatritu bħala assistent surmast u fdatlu f’idejn it-tagħlim tal-mużika ta’ l-aljievi. Fil-bidu tas-snin tmenin, il-kumitat tal-banda ‘San Ġużepp’ t’Għajnsielem fdalu f’idejh it-tagħlim tal-mużika ta’ l-aljievi. Iżda wara l-mewt tas-surmast Ġużeppi Farrugia fl-1992, Mro J N Sammut inħatar surmast direttur tal-banda ‘San Ġuzepp’, kariga li dam jokkupa sa Frar 2003. Għaqda Mużikali oħra li tagħha Mro J N Sammut kien surmast hi l-banda ‘Maria Regina’ tal-Marsa li tagħha dam surmast mill-1986 sa’ l-2001.

Bħala kompożitur Mro. J N Sammut għandu għadd ta’ marċi brijużi u funebri, marċi sinfoniċi, overtures, fantasiji, innijiet, mużika sagra u oħrajn. Fosthom insibu l-innu marċ Forza Għajnsielem, il-marċ Lis-Segretarju u l-marċ funebru Wied ta’ Fjuri Vjola, l-intermezz Autunno, u diversi innijiet oħrajn. Fost l-arranġamenti mużikali nsibu Danza Ungherese No5 ta’ Johann Brams, Largetto – Caro Mio Ben ta’ Giordani għal-sopran, l-Ave Maria ta’ Gounod u oħrajn.

Mro. Sammut dam jaħdem it-Tarzna għal aktar minn 45 sena, iżda llum hu rtirat. Madankollu xorta għadu jgħallem il-mużika u l-istrumenti waqt li għadu jirranġa u jikteb il-mużika. Mro. Sammut hu miżżewwġ lil Carmen Bartolo u għandu tlett ulied.


 

Back

Best viewed with Microsoft Internet Explorer

(c) Ghajnsielem Online. All rights Reserved.