|
Fost il-mużiċisti
Għawdxin li għamlu ġieħ lil art twelidhom, billi għallmu
u xerrdu l-kultura mużkali nsibu lis-Surmast Mikiel
Farrugia. Is-Surmast Mikiel Farrugia twieled il-Belt
Victoria, Għawdex, nhar l-14 ta’ Frar 1898. Missieru
kien jismu Salvu u ommu Karmena. Hu żżewweġ lil Maria
Vella f’Novembru, 1929 u kellhom disa’ ulied. Is-Surmast
tħarreġ fl-arti mużikali taħt is-Surmastrijiet Ġużeppi
Attard, Anton Micallef, S. Mallia, kif ukoll ta’ Mro.
Aurelio Doncich. Hu għamel xi żmien idoqq tal-banda
‘King’s Own’ tal-Belt Valletta. Mro. M. Farrugia kien
ukoll Assistant direttur tal-banda ‘San Gejtanu’
tal-Ħamrun, waqt li fl-1933, għal xi żmien, kien inħatar
ukoll surmast direttur tal-banda ‘Prekursur’ tax-Xewkija.
F’Għawdex Mikiel Farrugia kien idoqq mal-banda ‘La
Stella’ u tagħha kien kemm Assistant Surmast kif ukoll
ghal diversi snin, membru tal-kumitat. |
 |
Billi Mro. Farrugia għamel xi żmien fl-armata hu
kien ukoll idoqq mal-banda tal-militar. Is-surmsat Mikiel
Farrugia kien ukoll vjolinista. Hu kien jifforma parti mill-mużika
tal-Kappella tal-Katidral ta’ Għawdex, kifukoll f’dawk ta’ Mro.
Giuseppe Giardini Vella u Mro Pawlu Lanzon.
Fost il-mużiċisti Għawdxin li għamlu ġieħ lil art
twelidhom, billi għallmu u xerrdu l-kultura mużkali nsibu
lis-Surmast Mikiel Farrugia. Is-Surmast Mikiel Farrugia twieled
il-Belt Victoria, Għawdex, nhar l-14 ta’ Frar 1898. Missieru
kien jismu Salvu u ommu Karmena. Hu żżewweġ lil Maria Vella
f’Novembru, 1929 u kellhom disa’ ulied. Is-Surmast tħarreġ fl-arti
mużikali taħt is-Surmastrijiet Ġużeppi Attard, Anton Micallef,
S. Mallia, kif ukoll ta’ Mro. Aurelio Doncich. Hu għamel xi
żmien idoqq tal-banda ‘King’s Own’ tal-Belt Valletta. Mro. M.
Farrugia kien ukoll Assistant direttur tal-banda ‘San Gejtanu’
tal-Ħamrun, waqt li fl-1933, għal xi żmien, kien inħatar ukoll
surmast direttur tal-banda ‘Prekursur’ tax-Xewkija. F’Għawdex
Mikiel Farrugia kien idoqq mal-banda ‘La Stella’ u tagħha kien
kemm Assistant Surmast kif ukoll ghal diversi snin, membru
tal-kumitat. Billi Mro. Farrugia għamel xi żmien fl-armata hu
kien ukoll idoqq mal-banda tal-militar. Is-surmsat Mikiel
Farrugia kien ukoll vjolinista. Hu kien jifforma parti mill-mużika
tal-Kappella tal-Katidral ta’ Għawdex, kifukoll f’dawk ta’ Mro.
Giuseppe Giardini Vella u Mro Pawlu Lanzon.
Ġie deċiż li jgħallmu l-mużika lit-tfal ta’ l-Istitut ta’ l-Orfni
‘San Ġużepp’ f’Għajnsielem. L-għan ewlieni ta’ dan kien, biex
fost oħrajn, it-tfal li joħorġu mill-Istitut jekk igħarfu
japprofittaw, jekk ikollhom ftit tagħlim ta’ mużika, ikunu
jistgħu jidhru fis-soċjeta’ b’wiċċhom minn quddiem u jkunu wkoll
il-veri cittadini onesti u bil-għaqal.
Fl-1934 il-moviment tal-Boy Scouts tax-Xagħra, Għawdex,
iddeċieda li fi ħdanu jwaqqaf banda formali. Għal dan il-għan
Ġużeppi Attard megħjun minn Mose’ Galea avviċinaw lis-surmast
Farrugia sabiex iħarreġ lill-aljievi u jwaqqaf din il-banda.
Intant il-banda tal-Boys Scouts, illum mgħammda bl-isem ta’
‘Victory’, kienet ħadet sehem għall-ewwel darba fil-purċissjoni
tal-Ġimgħa l-Kbira tas-sena 1935. Is-Surmast Mikiel Farrugia
rtira minn tal-banda ‘San Ġużepp’ fis-sena 1946, waqt li kumment
fil-ġurnal ‘Il-Berqa’ tal-5 t’Ottubru 1967, igħarrafna li kein
sar magħruf li s-surmast Mikiel Farrugia rtira minn
surmast-direttur tal-banda ‘Victory’.
Is-Surmast M. Farrugia kien ukoll mastrudaxxa gwapp, tant li
kien magħruf bħala l-mastrudaxxa tal-knejjes. Fost ix-xogħlijiet
artistiċi fl-injam li nsibu minn tiegħu bħall korijiet,
ventartali, ġelandri, bradelli u xogħol u ieħor fl-injam
jinstabu mxerrda f’diversi knejjes f’Malta u Għawdex.
Is-Surmast Mikiel Farrugia għamel ukoll xi żmien jaħdem mal-Gvern.
Huwa miet fid-19 ta’ Diċembru, 1969, u fil-funeral tiegħu ħadet
sehem il-banda ‘Victory’ tax-Xagħra. Fis-sena 1997 ġiet
imsemmija għalih triq fix-Xagħra.
|