|
“ Xi
ġmiel…” kienet tkun l-kelma fuq fomm kullħadd waqt it-Translazzjoni
sollenni tas-Sibt flgħaxija, jew waqt il-Quddiesa
Pontifikali tal-Ħadd filgħodu. “ Xi ġmiel ta’ fjuri
għandna fuq l-Artal u fil-Knisja”
Bir-raġun li Għajnsielem tniket meta sbieħ il-Ħamis
filgħodu ġriet l-aħbar li Salvu Ciantar kien ħalliena.
Tilef il-battalja għal ħajtu u Għajnsielem tilef wieħed
mill-akbar benefatturi tiegħu. Kif ngħidu tajjeb,
tapprezza meta titlef, u hekk hu għax dak in-nhar u
fil-jiem ta’wara, kullħadd wera l-apprezzament tiegħu
għax-xogħol li Salvu kien jagħmel għar-raħal twelidu.
Ma kienx xi bniedem li kont taraħ ta’ spiss fil-pjazza
jew il-każini. Kien jinżel biss għall-quddies jew
għall-purċissjonijiet bħala fratell. Il-ġurnata
impenjattiva tiegħu kienet riservatta biss għar-raba u
il-bejjgħem li hu b’tant ħeġġa u dedikazzjoni kien
jrabbi. Ftit kienu dawk li kellhom l-opportunita jaraw
din id-dedikkazzjoni u l-ħeġġa. Rajna ftit minn din
il-ħegga meta ilhu, iż-żgħażagħ kienu jorganizzaw
il-presepju ħaj ġewwa il-Pjazza. |
 |
Kien verament ideali il-kliem tas-Salm “Min jiżra bid-dmugħ,
jaħsab bil-ferħ”.
Ftit jafuħ dan pero kien anke dilettant tal-Blacks, it-tim tal-football
tar-raħal tagħna. Rari telgħa il-ground, pero ħsiebu hemm kien
ikun. Kien jistenna b’ħerqa r-rizultati u ħallieħ jistaqsi biex
ikun jaf min lagħab u min ma lagħabx, min tilef ic-chances u min
skorja. Ovjament fl-aqwa taz-zgħozija tiegħu gawda mal-bqija
tar-raħal, il-glorji kbar tal-Blacks u l-imħabba fil-qalb hemm
tibqa, anke jekk forsi ma tkunx tidher.
Il-Fratellanza kienet appuntament important. B’serjeta u
dedikazzjoni kont tarah ma sħabu il-fratelli jagħti s-servizz
tagħhu lil Parroċċa matul is-sena. Ma setgħax jonqos li Salvu ma
jkunx wieħed minn dawk it-tmienja li fuq spallejhom joħorġu u
jġorru ix-xbieha mirakoluża u devota tal-Madonna ta’ Loreto.
Kien jagħmel dan bi tbissima, bi kburija, sakemm saħħtu
ippermetit.
Is-Sibt tal-Festa wara t-Te Deum, kien jingħalaq fil-Knisja,
mal-familjari tiegħu, ma’ l-aħwa Falzon u ma xi nies oħra u
flimkien kienu jibdew, bħal ma pittur jibda jpitter fuq it-tila
tiegħu. It-tila kienet tkun l-Artal maġġur u z-zebgħa jkunu
il-fjuri. Fjuri sbieħ, li Salvu matul is-sajf kien ikabbar jew
jimporta għall-festa u li fihom kont tapprezza x-xogħol u d-dedikazzjoni
li huwa kellhu. Għall ħabta ta’ l-erbgħa ta’ wara nofs in-nhar,
kien jaħrab sabiex jipprepara għat-Translazzjoni. Il-Knisja
tiftaħ il-bibien tagħha, u l-poplu jidħol u jimerravilja ruħu
bil-ġmiel ta’ ward u fjuri. Tfittxu biex tifraħħlu għal dan ix-xogħol
u ma ssibux. Ġmiel li anke ġibed l-ammirrazzjoni tal-mexxejja
tal-pajjiz, meta dawn jonorawna bil-prezenza tagħhom waqt
il-Quddiesa Pontifikali. Ġmiel li Salvu kien jirregalaħ lilna
b’xejn, mingħajr interess. Għan wieħed biss kellhu, unur lil
Madonna u lil Parroċċa t’ Għajnsielem.
“Niftakar tajjeb, ftit anqas minn sentejn ilhu, meta jien ġejt
fostkom bħala l-Arċipriet tagħkom. Waqt li konna qegħdin
nippreparaw, ġie raġel fuqi u qalli – Għall-ħabel tal-qanpiena
tinkwetax, dan nagħmilulek jien. Nagħmilulek bil-ward abjad u
weraq tar-rand. U telaq jiġri. Lanqas tagħni chance
nirringrazzjah jew insaqsih x’jismu. Telaq jiġri... Dan ir-raġel
kien Salvu.”
Dawn kienu l-ewwel kliem li bijhom l-Arċipriet beda l-għomelija
tiegħu waqt il-funeral. Hekk kien il-karattru ta’ Salvu, jgħinek
iva b’saħħtu kollha, imbagħad tmur biex tirringrazjah u ma
ssibux. Kemm għandna x’nitgħallmu minn dan ir-raġel pattrijot.
Forsi xi kultant tismgħa xi kummenti negattivi, speċjalment minn
dawk li qegħdin f’xi kumitat bħalna, kummenti negattivi għax
jgħidulek li għar-raħal ma tridx taħdem għax in-nies ma
japprezzawx. Ma tridx taħdem biex in-nies japprezzaw u jiġu
jgħidulek prosit. Mhux dak għandu jkun l-iskop ta’ din l-ħidma.
Ikun żball kbir minn jaħseb li ser imexxi Għaqda jew Club sabiex
il-poplu joqgħod jifraħ biħ u jgħidlu prosit. Mhux dan għandu
jkun l-iskop tagħna, iżda għandu jkun bħal dak ta’ Salvu, aħdem
iva għall-unur u l-ġieħ tal-Madonna u tar-raħal, u mhux għal
prosit tal-poplu.
Aħna minn qalbna nixtiequ nuru l-apprezzament għal dak kollhu li
Salvu għamel għar-raħal tagħna. Noffru il-kondoljanzi tagħna lil
ommu, ħutu u l-familjari tiegħu. Għalkemm forsi dan iż-żmien ta’
festa, ser ikunu mumenti diffiċli għalikom, għandkom tkunu
kburin b’dak li Salvu għamel matul ħajtu. Il-memorja tiegħu m’hi
ħa tintesa qatt. Fi snin li ġejjijn kull minn jidħol il-Knisja
fil-jiem tal-Festa u jara dawk il-ward u il-fjuri, il-ħsieb
tiegħu żgur li ser imur għal Salvu Ciantar, il-fjur tal-Festa.
|