HOME IL-FEsta Guest book FORUM About us

General Information

News and Events

Places of Interest
History and Culture
Tourist Information
Local Council
Ghajnsielem FC
Parish Section
M.U.S.E.U.M
St Joseph Band Club
Features
Education
L-Ghaqda ta' l-Armar
Twinning
Villagers Feedback
Online Tour
Media Gallery

PRESS CTRL + D TO BOOKMARK THIS SITE





 

 

 

 

 


 

Back


Luzzu tal-Wahx
(kitba ta' Maria Sultana)

“Il-bahar zaqqu ratba u rasu iebsa hatba.” Dan il-qawl joqghod tajjeb ghall-fliegu ta’ bejn iz-zewg gzejjer, li f’nofsu jbennen bhal zewgt itrabi, lil Kemmuna u Kemmunett. Billi l-Fliegu fuq in-naha t’Ghawdex hu idjaq minn siehbu fuq in-naha ta’ Malta, aktarx li hu eqqel, meta jigi mnaffar mill-Punent-lbic, li hu r-rih li l-aktar jaqbel.

Niftakarni ta’ xi ghaxar snin meta dan ir-rih nibex bl-ikrah lill-Fliegu taghna. Kien is-Sibt, 30 t’Ottubru ta’ l-1948. Xi Ghawdxin li kienu jahdmu Malta, nqabdu l-Marfa ghax il-vapur ma hadimx. Bhal ma kien jigri s-soltu, bit-tiela’ u n-niezla qatghuha li jikru luzzu biex jigi ghalihom minn Ghawdex. Indahal ghax-xoghol Salvu Refalo, ta Harbat. Kienu sebgha u ghoxrin, fosthom wiehed tal-Muzew, miz-Zurrieq, li kien gej il-Qala, biex l-ghada filghodu, il-Hadd, jaghmel diskors lis-Socji.
 


Kienu wisq ghad-daqs tal-luzzu, izda hadd ma ried jibqa’ l-art. Tgeddsu, u telqu mill-Marfa fid-dlam. Bi tbatija qasmu ghal wara Kemmuna. Meta qabdu l-Fliegu Ghawdxi gew qishom fuq ziemel sfrattat. Il-kaptan Salvu ried kieku jdahhalhom Hondoq, ghax intebah bit-tweghir tal-vjagg. Kulhadd qal tieghu, u xi whud gergru minn that l-ilsien li huma ghax-Xatt kienu hallsu, u li minn Hondoq hadd mhu se jigborhom fid-dlam.

Kontra qalbu, Salvu ssokta jaqsam. Il-luzzu beda jintrikeb mill-mewg gholi. B’xi landi li kien hemm fil-luzzu, sieheb Salvu, Karmnu ta’ Hariru, mill-Qala, beda jimla l-ilma mic-cann u jitfghu ‘l barra. Imam kif tlahhaq ma’ bahar lest biex jibilghek!

Sewwa, sew, taht il-Gebla tal-Halfa, il-luzzu ghodos, u ma regax refa’ rasu. Kulhadd sab ruhu jcafcaf fl-ilma ngazzat, fid-dlam. Ghajjat, twerziq, biki… ghax hake mil-biza’ tat-telfien. U hekk sehh! Tilfu hajjithom tlieta u ghoxrin. Erbgha rrnexxilhom jilhqu l-art. Ma kienetx haga hafifa titla’ mas-sies. Lanqas fis-Sajf matul il-jum, ahseb u ara! L-ewwel li sab tarf kien tfajjel ta xi sittax il-sena, mill-Qala, li billi kien jaf il-post sew, u kien hafif, tela’ u mar jaghmel rapport fl-Ghassa tar-rahal.

Pawlu Zammit, ta’ Mira, mix-Xaghra, ukoll helisha minn halq il-mewt. Iggranfa ma’ blata, izda sab li l-bahar kien idur maghha, u ma setax jinzel l-art. Filghodu gew zewg hutu, Salvu u Dun Guzepp, li tefghulu xi hbula, u b’hafna tqanzieh irnexxielhom itellghuh.

Damu jfittxu l-kadavri ta’ dawk li gew nieqsa ghal bosta jiem. Xi uhud nstabu biss wara li tfaccaw jghumu minfuhin bl-ilma. Meta s-sajjieda kienu jilmhu kadavru, kienu jiggangawh, u jirmunkawh sax-Xatt, fejn imbaghad kien jingabar mill-Karozza tal-Mejtin, u jittiehed l-isptar ghall-identifikazzjoni. Wara dan isir il-funeral.

Sar ukoll tiftix f’qiegh il-bahar ghal luzzu, u meta nstab gie migbud fuq ir-ramel qrib il-Magna ta’ l-Ilma. Niftakar li l-ghada tat-tragedja, il-Hadd, mort ghall-quddiesa m’ommi, mgezwra that xall, nimxi bl-amment lejn il-knisja tal-Patrijiet. F’nofs ta’ triq ltqajna ma’ Diela taz-Zebbugi, li resqet fuq ommi, u minn taht l-ilsien u kollha biza’, irrakkontatilha kif Salvu ta Harbat, il-gar taghha, ma ngabarx. Niftakarhom ukoll jghidu li hadd ma ried jixtri lampuki, wara t-tragedja.

Ma’ sbieh il-Hadd bidet tinxtered ix-xniegha, u n-nies griet biex tixtri “Il-Berqa” halli mill-gazzetta ssir taf l-istorja ahjar; ghax radju u redifjuxin ma kienux jezistu fi gziritna.

Ghawdex kollu dahal f’luttu tal-wahx, ghax il-mejta kienu minn diversi rhula, tmienja b’kollox, kif ukoll mill-Victoria. L-irhama b’isimhom, u mnejn huma, insibuha mal-hajt fejn illum hemm l-Ghassa tax-Xatt. Hemm ukoll mafkar fil-bajja tal-Hawlija, fejn kull sena ssir cerimonja u quddiesa f’tifkira. Kien hemm ukoll drawwa, li ma nafx ghadhiex ssir, li jmorru bil-vapur fl-inhawi tal-Halfa, fejn sehhet l-gharqa, u jintefghu xi kuruni tal-ward b’rispett. Hi haga tajba li grajjiet bhal dawn ma jintesewx.
 

Back

 


Best viewed on Microsoft Internet Explorer 5+

(c) Ghajnsielem Online. All rights Reserved.