Download PDF Version
English Version
JUM IL-KONSAGRAZZJONI
TAL-KNISJA PARROKKJALI
Wara
l-Quddiesa tad-9.00am - jibda Jum ta’ Adorazzjoni
Ewkaristika fil-knisja Parrokkjali, bi tħejjija
għall-festa.
7:00pm
- Quddiesa fil-knisja Parrokkjali flokkaż joni tad-19-il
Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-knisja Arċipretali,
bis-salmi tal-Għasar u l-inċensazzjoni tas-slaleb.
8:30pm
- Velja f’Ta’ Pinu. Il-komunità parrokkjali tieħu
sehem flimkien mad-Djoċesi kollha f’sahra ta’ talb
lejlet l-Għid tal-Assunta. Trasport provdut fit-7.45pm
-.
Katina ta’
Rużarju mill-5am - sa nofs il-lejl. Il-ħin tal-Quddies
ta’ llum ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.
9:00am
- Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa fil-knisja
Arċipretali. Wara ssir attività apposta għalihom
fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Wara l-Quddiesa
tal-5pm - wasla ta' l' istatwa tal-Madonna ta’ Lourdes
fil-Misraħ tal-knisja. Rużarju fuq iz-zuntier. L-istatwa
tibqa’ għall-qima tad-devoti fil-Knisja Parrokkjali
sal-għada t-Tnejn.
NIMXU
MA’ MARIJA
6:00pm - Quddiesa fil-knisja Parrokkjali
7:30pm - Pellegrinaġġ Marjan Aux Flam -beaux
bl-istatwa tal- Madonna ta’ Lourdes mill-knisja
Parrokkjali għall-Grotta tal- Madonna ta’ Lourdes
flokkaż joni tal-150 sena middehriet. Jieħdu sehem
il-Fratelli tar-Rużarju u tas-Sagram -ent fi ħdan
il-Parroċċa tagħna, flimkien ma’ rappreżentanza
tal-Fratellanzi tar-Rużarju tal-Parroċċi tad- Djoċesi u
mill-Fratellanza tal- Madonna ta’ Lourdes tal- Parroċċa
tal-Qrendi. Mal-wasla fejn il-grotta, Quddiesa mmexxija
mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech.
|
It-Tlieta,
19 ta’ Awwissu |
JUM IL-BENEFATTURI ĦAJJIN U MEJTIN
12:00pm - Quddiesa fiċ-Ċimiterju għal ħutna li
daħlu qabilna fl-eternità mill-Arċipriet Dun Frankie
Bajada.
JUM L-GĦAQDIET RELIĠJUŻI
7:00pm - Quddiesa bis-sehem tar-Reliġjużi
tal-Parroċċa tagħna.
7:30pm - Mota li tħabbar il-ftuħ tal-festa 2008.
8:30pm - GĦAJNSIELEM FEST 2008 imtella’ mill-Kunsill
Lokali Għajnsielem fil-Misraħ tal-knisja, b’talent
Għajnselmiż u lokali.
L-EWWEL JUM TAN-NOVENA - JUM IL-VOKAZZJONIJIET
Matul il-Jiem tan-Novena ssir kam -panja ta’ għotjiet ta’
karità (affarijiet ta’ preserves, eċċ u flus) ħdejn
l-altar tal-Madonna ta’ Loreto.
6:30pm - Rużarju.
7:00pm - Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet Dli
fiha ssir il-Vestizzjoni tal-Abbatini l-ġodda.
|
Il-Ġimgħa,
22 ta’ Awwissu |
IT-TIENI JUM
TAN-NOVENA - JUM IL-Fam -ILJA
6:30pm -
Rużarju
7:00pm - Quddiesa b’talb speċjali għall koppji
miżżewġin. Isir it-tiġdid tal-Wegħdiet taż-Żwieġ.
Mistiedna b’mod speċjali l-koppji li żżewġu matul din
is-sena u dawk li għalqu 25, 50 u 60 sena miżżewġin.
Janima l-quddiesa bil-kant il-Kor Lauretana.
9:00pm - Bar-B-Que fi Triq Fuq il-Għajn.
Mistiedna speċjali l-emigranti li jkunu fostna.
IT-TIELET
JUM TAN-NOVENA - JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-ADOLOXXENTI
6:30pm - Rużarju, Salve Regina, u
Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
7:00pm - Quddiesa bis-sehem taż- żgħażagħ. Janima
l-quddiesa bil-kant il-grupp taż-żgħażagħ tagħna.
Illum
ikun hemm Open Day fil-Każin tal- Banda b’diversi
attivitajiet kulturali.
IR-RABA’ JUM TAN-NOVENA - JUM IL-KARITA’
10:00am - Quddiesa bis-sehem ta’ Persuni li
jiffrekwentaw iċ-Ċentri tal-Arka u l-Adult Training
Centre. Wara l-quddiesa jkunu l-ewwel mistiedna tad-Dar
Parrokkjali.
5:00pm - Quddiesa. Wara ssir il- Preżentazzjoni
tat-Tfal u t-Trabi lill-Madonna ta’ Loreto fil- Knisja.
IL-ĦAMES JUM
TAN-NOVENA - JUM IL-ĦAJJA KKONSAGRATA
6:30pm
- Rużarju, Kurunella, Salve Regina u Ċelebrazzjoni
Ewkaristika.
7:00pm - Quddiesa minn Fr. Joseph Magro ofm
bis-sehem tar-reliġjużi kollha tal-Parroċċa.
8:15pm - Marċ mill-Banda ‘San Ġużepp’ minn Triq
il-Ġnien sal-Misraħ tal-knisja.
10:15pm - Ħruġ ta’ l-istatwa min-niċċa tagħha
fost kant ta’ innijiet Marjani. L-istatwa titpoġġa taħt
it-tron tagħha. Issir l-aħħar ġabra kbira għall-festa ta’
din is-sena.
|
It-Tlieta,
26 ta’ Awwissu |
IS-SITT
JUM TAN-NOVENA - JUM IL-BANDA SAN ĠUŻEPP
6:30pm - Rużarju u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
7:00pm - Quddiesa tan-novena.
8:30pm - Marċ mill-Banda ‘San Ġużepp’ li jitlaq
mill-Każin ta’ l-Għaqda Mużikali sal-planċier fil-Misraħ
tal-knisja. Il-Banda tesegwixxi programm mużikali
b’siltiet varji taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sunny
Galea A.L.C.M. u l-Assistent Surmast Frankie Debono. Dan
il-programm ikun taħt il-patroċinju tal-E.T. l-
President ta’ Malta Dr Edward Fenech Adami.
L-EWWEL
JUM TAT-TRIDU - JUM L-EMIGRANTI
6:15pm -
Għasar Kantat.
7:00pm - Quddiesa mmexxija mill- Arċipriet Dun
Frankie Bajada, li fiha l-W.R. Kan. Joseph Sultana,
jagħmel l-ewwel priedka tat- Tridu. Mistiedna b’mod
speċjali l-emigranti li qegħdin fostna u dawk l-Għajnselmiżi
kollha li jgħixu barra mir-raħal. Antifona u
Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
9:30pm - Lejla Marjana. Tibda lejla ta’ talb,
qari u kant bit-tema ID-DAR TIEGĦI - Fuq il-Blat nibniha!!?
fil-Misraħ tal-Knisja. Inħeġġu lil kulħadd biex
jingħaqad magħna fi klima ta’ talb f’riġlejn Ommna
Marija Lauretana. Imexxi t-talb P. Karm Dimech ofm Cap.
IT-TIENI
JUM TAT-TRIDU - JUM IS-SAĊERDOTI
6:15pm -
Għasar Kantat.
7:00pm - Quddiesa mmexxija minn Fr. Joe Cardona,
bil-priedka tat-Tridu minn W.R. Kan. Joseph Sultana.
Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
9:30pm - Jibda marċ brijuż min-naħa ta’ fuq ta’
Triq Simirat u jispiċċa ħdejn il-Każin tal-Banda. Jieħdu
sehem il-Banda tagħna “San Ġużepp” kif ukoll il- Banda
“Ite Ad Joseph” tal- Qala.
|
Il-Ġimgħa,
29 ta’ Awwissu |
JUM IL-MORDA U L-ANZJANI
Illum isir it-tqarbin tal-Morda fi djarhom mis-saċerdoti
tal-parroċċa bħalma jsir fl-ewwel ġimgħa tax-xahar.
9:00am - Quddiesa li fiha jiġi am -ministrat is-Sagram
-ent tal-Griżma tal- Morda.
6:00pm - Għasar kantat.
6:30pm - Quddiesa mmexxija minn Mons. Ġużeppi
Zerafa Arċipriet Emeritus bil-priedka mill-W.R. Kan.
Joseph Sultana. Antifona u Benedizzjoni Ewkaristika.
9:00pm - Marċ mill-Banda ‘Santa Margerita’ ta’
Sannat li jibda minn ħdejn iċ-Ċentru Parrokkjali u jibqa’
sejjer sal-pjazza ewlenija tar-raħal. Wara tesegwixxi
programm fuq il-planċier filpjazza.
9:30pm - Dimostrazzjoni kbira u brijuża
bl-istatwa tal-Madonna tad-Dar li tibda min-naħa ta’ fuq
ta’ Triq l-Imġarr. Iddoqq l-Banda ‘San Ġużepp’ ta’
Għajnsielem u l-Banda mistiedna ‘Victory’ tax-Xagħra.
12:00am - Wasla tal-Madonna tad-Dar b’mod uniku
għal fuq il-Pedestall tagħha fil-Misraħ tal-knisja fost
il-kant u l-briju tal-Poplu Għajnselmiż. Wirja ta’
ajruplani pirotekniċi.
LEJLET IL-FESTA
8:30am - Quddiesa kkonċelebrata mmexxija
mill-E.T. Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof Emeritus ta’
Għawdex li fiha jitkanta t-Te Deum bħala radd il-ħajr
lil Alla.
5:15pm - Marċ mill-Banda ‘San Ġużepp’ li jibda
minn Triq Cordina.
6:30pm - Il-Banda ‘San Ġużepp’ takkumpanja t-Translazzjoni
Solenni.
6:30pm - Translazzjoni Solenni tar- Relikwija li
titlaq mill-knisja lqadima mmexxija mill-Vigarju Mons
Giovanni Bosco Gauci għall-knisja Parrokkjali. Jieħdu
sehem il-fratellanzi tas- Sagram -ent u tar-Rużarju.
7:00pm - L-Ewwel Għasar Solenni mmexxi mill-Arċipriet
Dun Frankie Bajada.
8:00pm - Quddiesa.
9:00pm - Marċ mill-Banda ‘Mnarja’ tan- Nadur li
jibda minn Triq il-Ġnien sal-Misraħ tal-knisja fejn
tesegwixxi programm fuq il-planċier.
9:30pm - Marċ tradizzjonali ta’ lejlet ilfesta li
jibda minn Triq Ħam -ri, jgħaddi għal Triq Fawwara u
jintemm fil-Misraħ tal-knisja. Il-baned ‘San Ġużepp’ ta’
Għajnsielem flimkien mal-Banda ‘La Stella’ tal-Belt
Victoria jferrħu lill-poplu preżenti biddaqq ta’ marċi
brijużi.
12:00am - Marija Lauretana, Protettriċi ta’ l-
Avjazzjoni. Wirja tradizzjonali ta’ ajruplani
pirotekniċi segwita minn wirja spettakolari ta’ logħob
tan-nar ta’ l-art maħduma minn Farrugia Brothers
Fireworks u mżewqa bil-mużika.
JUM IL-FESTA - JUM IL-PARROĊĊA
Quddies: 5.00am, 6.00, 7.00, 8.00am 11.00am, 4.30pm u 5.30pm.
9:00am - Konċelebrazzjoni Pontifikali mmexxija
mill-Eċċ. T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex li
fiha jwassal il-messaġġ tiegħu ta’ tifħir lil Ommna
Marija u ta’ tagħlim għalina lkoll. Tesegwixxi l-Mużika
l-Cappella Diacono taħt id-direzzjoni ta’ Mons. Ġwann
Galea.
Quddies ieħor
5:15pm - Marċ mill-Banda ‘Prekursur’ tax-Xewkija
li jibda minn Triq Ħam -ri u jintemm fil-Misraħ
tal-knisja.
6:30pm - Għasar Solenni ta’ Jum il-Festa mmexxi
minn Mons. Ġużeppi Zerafa, Arċipriet Emeritus.
6:30pm - Marċ ta’ qabel il-purċissjoni mill-Banda
‘San Ġużepp’ li jibda mill-Pjazza tad-Dehra
7:30pm - Ħruġ solenni tal-istatwa artistika u
devota tal-Madonna ta’ Loreto. Il-Banda S. Ġużepp
flimkien mal-Kor Lauretana, isellmu lil Ommna Marija
bid-daqq tal-Innu l-Kbir “Alla Vergine di Loreto”. Tibda
miexja l-purċissjoni.
8:00pm - Il-Banda ‘Leone’ tal-Belt Victoria tibda
marċ minn Triq il-Mogħdija u wara hekk kif tasal ġewwa
lpjazza, tesegwixxi programm mużikali fuq il- Planċier.
10:25pm - Dħul trijonfali tal-vara tal- Madonna
ta’ Loreto filknisja. Antifona u Ċelebrazzjoni
Ewkaristika mmexxija mill-Arċ. Frankie Bajada, bis-sehem
tal-Poplu kollu.
11:00pm - Marċ Brijuż tal-għeluq mill-Banda ‘San
Ġużepp’ li jagħlaq dawn il-festi. Ilmarċ jibda mill-Pjazza
tad- Dehra, għall-Pjazza Madonna ta’ Loreto u jispiċċa
fil-Misraħ tal-knisja.