|
|
||||
|
Editorjal
- Il-ħsieb tax-xahar - Mill-Pinna tal-Fundatur - Mid-Dinja ta' Madwarna - Qassisin Qaddisin - |
||||
| Konverżjonijiet u Mirakli | ||||
Fl-aħħar episodju rajna lil Kurat ta’ Ars jipprova jitlaq minn hemm għax ħaseb li n-nies ma riedux magħhom. Iżda xħin in-nies indunaw x’kien ser jagħmel, folla kbira inġabret fil-pjazza biex ma jħalluhx jitlaq u lkoll wegħduh l-għajnuna tagħhom. Meta ra din il-ħeġġa kollha tal-poplu imtelgħa b’iżjed ħeġġa u entużjażżmu minn qabel u beda jaħdem iżjed mal-poplu biex iwettaq il-proġetti li kellu f’moħħu. Bil-flus li ġabar u b’għajnuna li diversi irġiel rawh bena binja kbira għat-tagħlim b’mod speċjali għat-tfajliet, u b’hekk seta’ jagħtihom għajnuna mhux biss spiritwali iżda wkoll fil-ħtiġijiet ta’ ħajjithom. Għal kemm kellu diversi proġetti materjali, l-appostolat ma abbandunah qatt. Anzi iżjed ma għadda iż-żmien aktar beda isir magħruf min-nies ta’ irħula oħra u bdew imorru għal pariri għandu b’mod speċjali fis-sagramnet tar-rikonċiljazzjoni (qrar). Il-konfessjunarju ta’ dan il-kappillan qaddis beda jiġbed numru bla għadd ta’ midinbin li kienu jersqu għal-konverżjoni. Huwa kien idum iqarar is-sigħat bla waqfien.
|
||||
| Il-Ħsieb tax-Xahar Kitba ta' Angelo Xuereb | ||||
| Ix-Xjenza u l-Fidi | ||||
| Qegħdin fi żmien meta x-xjenza u t-teknoloġija qegħdin jagħmlu passi ta’ ġgant. Ikun xieraq li nagħtu ħarsa nisranija lejn dawn il-mezzi. Ix-xjenza turina l-kobor ta’ Alla. Turina kif jaħdem aktar eżatt l-univers u l-bniedem. Iżda jista’ jiġri li lil xi wħud ix-xjenza ttellfilhom il-fidi. Dan jiġri meta jħarsu lejn l-univers u l-bniedem b’mod materjalistiku. Jibdew jaraw liġijiet fissi u li jaħdmu mingħajr l-intervent ta’ Alla. Tajjeb li nifhmu li x-xjenza tiddeskrivi l-ħolqien u tkun toħroġ mill-kamp tagħha meta tipprova tgħid li kollox inħalaq waħdu. Jista’ jkun ukoll li l-poplu kien ifittex soluzzjoni reliġjuża għal problemi mediċi. Nispjega aktar. Fi żmien meta ma kienx hawn mediċini, waqt il-mard jew epidemiji, il-poplu kien jirrikorri għand Alla. Illum jirrikorri għand it-tobba għal xi marda jew għall-mezzi sanitarji f’każ ta’ epidemija. Niftakru li x-xjenza hija frott tal-istudju u l-ħila tal-bniedem. Biex għandna x-xjenza tal-lum, min jaf kemm studjużi ddedikaw ħajjithom biex jistudjaw. Dan kollu jurina l-għerf li Alla ta lill-bniedem. Huwa fil-pjan ta’ Alla li l-bniedem jistudja u jaħdem biex iġib id-dinja ‘l quddiem. Qegħdin fil-bidu ta’ sena skolastika oħra. Għalhekk nistedinkom biex tħeġġu lil uliedkom biex jieħdu l-istudju bis-serjetà. B’dan il-mod ikunu qegħdin jitgħallmu huma u ‘l quddiem, b’dak li jafu, ikunu ta’ servizz għall-oħrajn. |
||||
| Mill-Pinna tal-Fundatur | ||||
| Mill-Ktieb: Il-Majjistra Esperjenza | ||||
X’tgħallimt kemm ilek fid-dinja? Tgħallimt infittex dejjem parir tajjeb. ![]() |
||||
| Mid-Dinja ta' Madwarna Ritchie Grech | ||||
| Taize | ||||
Taize’ huwa post fi Franza fejn mijiet ta’ eluf ta’ żgħażagħ u adulti jiġu kull sena biex jitolbu u jaħdmu għall-paċi, rikonċiljazzjoni u fiduċja fid-dinja tagħna. Il-fundatur ta Taize’ hu Brother Roger mill-Isvizzera. Hu jgħid li l-eżempju ta’ nanntu, armla minn Franza, li fl-Ewwel Gwerra Dinjiji kienet tilqa’ f’darha refuġjati tal-gwerra u dan b’sogru għal ħajjitha stess, ħalla impatt kbir fuq ħajjtu. Ma kienitx tiflaħ tara l-Insara jiġġieldu bejniethom u joqtlu lil xulxin. Kien hemm bżonn urġenti li jingħaqdu bejniethom ħalli jevitaw gwerra oħra. Hi kienet Protestanta imma biex tibda r-rikonċiljazzjoni fiha stess bdiet tmur titlob fi knisja tal-Kattoliċi.
Fl-1940, meta kellu 25sena, Roger telaq minn pajjiżu u mexa lejn Franza u għażel lir-raħal żigħir ta’ taize’ fejn kera dar żghira u tlett darbiet kuljum kien imur jitlob bill-kant fill-kappella żgħira tar-raħal. Dam sentejn waħdu imbagħad bdew jingħaqdu miegħu Brothers oħra. Għalhekk beda l-komunita ta’ Brothers ta’ Taize’ li jgħixu ħajja sempliċi, ċelebi u komuni billi jaqilgħu l-għixien tagħhom mill-ħidma ta’ idejhom. Kuljum jiġu fil-knisja li llum tesa’ mas-sitt t’elef ruħ, u joqgħodu jitolbu bil-kant famuż ta’ Taize’ qalb in-nies. Interessanti l-fatt li l-maġġoranza tan-nies ikunu żgħażagħ li jidħlu jitolbu flimkien, tlett darbiet kuljum u ġieli l-knisja tkun mimlija! U dan is-sena kollha. U hawn jiġu u jitolbu u jgħixu flimkien Insara differenti, anke l-Brothers huma Protestanti u kattoliċi. Brother Roger spiċċa maqtul b’daqqiet ta’ sikkina fil-knisja minn mara Rumena pero dan il-qaddis wera lid-dinja li kapaċi ninghaqdu u ngħixu flimkien fil-paċi, hi x’inhi r-reliġjon tagħna, basta naħfru, nafdaw u inħobbu. |
||||
| Qassisin Qaddisin | ||||
| Fr. Damien | ||||
Isem: Fr. Damien Joseph de Veuster daħal fin-novizjat tal-Kongregazzjoni tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ u Marija fejn ħa l-isem ta’ Damien. Nhar id-19 ta’ Marzu 1864, huwa wasal Honolulu bħala missjunarju fejn aktar tard ġie ordnat saċerdot u serva fil-gżira ta’ Oahu.
Ġara li nies tal-post ittieħdu minn mard li ġabu fosthom barranin li kienu jiġu jżuru l-gzejjer. Fost mard differenti daħlet il-marda tal-ġdiem u effett ta’ dan il-mard, eluf tilfu ħajjithom.
|
||||
| L-Eżempju Jkaxkar | ||||
| Dawk Provi! | ||||
Fl-1924, żewġ persuni, li kienu jiffurmaw parti minn grupp akbar telqu fuq avventura bil-għan li jitilgħu fuq Mount Everest. Iżda l-pjan fallielhom; l-elementi kienu għelbuhom tant li spiċċaw qatt ma rritornaw lura.
Ġuvnott applika għal xogħol f’razzett kbir. Meta sid ir-razzett staqsieh għal xi kwalifiċi, dan b’mod konvinċenti qallu, “Jien kapaċi norqod meta jqumu l-irwiefen.” Din it-tweġiba ħasdet lill-bidwi imma peress li kien ħa grazzja mal-karattru tal-ġuvnott iddeċieda li jimpjegah xorta waħda.
Kantant li kien għadu fil-bidu tal-karriera tiegħu kien jistudja taħt għalliema stretta li kienet tinsisti li jipprattika ġurnata wara ġurnata, xahar wara xahar l-istess silta mingħajr ma jipprova xi ħaġa oħra. Fl-aħħar imxebba’ u frustrat sal-ponta ta’ mnieħru dan il-kantant iddeċieda li jfittex għalliem ieħor.
Imberkin dawk li huma imħabbtin iżżejjed u ma għandhomx ċans biex jipparteċipaw ma ħutu l-insara kull nhar ta’ Ħadd.
|
||||
| Fawna u Flora li Tissemma fil-Bibbja Ritchie Grech | ||||
| It-Tamla | ||||
Il-frotta bnina tat-tamla (jew tamra) tiġi mis-siġra tal-palm. Anke f’pajjiżna ġieli li tagħmel il-frott. Din hi siġra li tikber ħafna fl-Afrika ta’ fuq u fil-Llvant nofsani u tiflaħ ħafna għax-xemx, nixfa u rjiħat. Għalhekk tikber ħafna fid-desert speċjalment fejn hemm xi Oasi bħal ma hi l-belt antika ta’ Ġeriko li kienet tissejjaħ ukoll belt il-palm.
M’għandniex xi ngħidu li l-frotta bnina u abbundanti tat-tamar kienet tittiekel ħafna minn dan il-poplu nomadu li kellu ħeffa speċjali kif jixxabbat maz-zokk tal-palma ħalli jiġbor frottha. Hi frotta nuttrittiva ħafna u kapaċI sservi ħafna u għalhekk kienet tinħażen f’kaxex biex tittiekol iktar l’quddiem jew biex tinbiegħ. Kienet ukoll issir mediċina minnha sa minn żmien imbiegħed tajba għall-istonku w tintuża ukoll bħala porga minnħabba l-ħafna fibra li fiha. |
||||
| Anniversarji miġbura minn Joseph Ciantar | ||||
| Ottubru 2010 | ||||
Fit-28 ta’ Ottubru nfakkru l-500 sena (1510) mit-twelid ta’ San Franġisk Borgia. Patri Ġiżwita. It-2 ta’ Ottubru jaħbat il-75 sena (1935) mit-twelid ta’ Omar Sivori. Plajer tal-futbol Arġentin imma li lagħab ukoll għal-Italja, fejn qatta’ xi żmien jilgħab ma’ klabbs Taljani fosthom Juventus u Napoli. Jaħbat ukoll il-75 sena mit-twelid ta’ Luciano Pavarotti, Tenur Taljan, eżattament fit-12 ta’ Ottubru 1935. F’dan ix-xahar infakkru l-50 sena minn meta Sir Michael Woodruff fit-30 ta’ Ottubru 1960 għamel l-ewwel operazzjoni ta’ transplant tal-kliewi ġewwa l-Edinburgh Royal Infirmary. |
||||
| Niskopru l-Bibbja Sem. Samuel Grech | ||||
| X’jirrakkuntaw il-kotba Storiċi? | ||||
Il-ktieb tal-proverbji jikkonsisti f’ġabra ta’ qwiel li huma miżgħuda b’tagħlim dwar kif il-bniedem għandu jaġixxi b’għerf u għaqal fil-ħajja ta’ kuljum. Il-veru għaref iwarrab kull tip ta’ ħażen u jafda f’Alla. Dan l-istess ħsieb hu mtenni mill-Koħelet fejn jgħidilna li l-ħajja mingħajr Alla ma tagħmilx sens. L-Għanja tal-Għanjiet hi storja ta’ mħabba bejn żgħażugħ u żgħażugħa li trid tfisser ir-relazzjoni ta’ mħabba bejn Alla u l-poplu l-magħżul. Toħroġ l-importanza tal-imħabba fiż-żwieġ.
|
||||
| Aħbarijiet u Avviżi | ||||
| Mill-Museum | ||||
| Grazzi Lil dawk li b’xi mod jew ieħor ngħinuna fil-BBQ li organizzajna fil-museum fil-17 ta’ Settembru. B’mod speċjali nirringrazzjaw lil Robert li tana d-drinks kolha b’xejn u lin-nies l-oħra li ħallsu għal xi spejjeż li kellna waqt il-BBQ. Infakkru
Pubblikazzjoni Inħabbru li għadu kemm ġie mniedi l-ktieb ‘Nixxiegħa ta’ Stejjer’, li huwa ġabra tal-istejjer li kienu dehru fil-paġni tan-nofs tal-fuljet, ‘Nixxiegħa ta’ sliem bejnietna’. Kulmin jixtieq jixtri kopja jista’ jagħmel dan jew mill-Librerija Preca jew mill-Museum Għajnsielem. |
||||
| Strambi Imma Veri! - Nitbissmu Ftit - Aqta din? | ||||
| Kont Taf? | ||||
|
||||
| Nitbissmu Flimkien | ||||
| Omm: Ħadt gost fl-ewwel jum tal-iskola?
Bintha: L-ewwel Jum? Tgħidlix li se jkolli nerġa’ mmur għada wkoll! |
||||
| Kompetizzjoni | ||||
Omm Alfred kellha tliet itfal. L-ewwel wieħed semmietu April u t-tieni Mejju. X’taħseb li semmiet lit-tielet wieħed?
Tweġiba tal-aħħar ħarġa: San Pietru
Din hi kompetizzjoni bi premju. Tista' tipparteċipa billi tibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji personali sa l-aħħar ta' Ottubru 2010 fl-indirizz postali : Kompetizzjoni Nixxiegħa,jew permezz ta' l-email billi tikklikja hawn: |
||||